Monday, December 30, 2024

L-għalliema se jkunu eżentati milli jservu bħala ġurati

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma fis-Settur tal-Kostruzzjoni Jonathan Attard waqt is-seduta tal-lejla ressaq ukoll l-emenda tal-abbozz ta’ liġi numru 77 fejn ressaq emendi għal finijiet ta’ ċertezza legali bejn min jista jservi bħala ġurat fil-qrati ta’ pajjiżna.

Il-Ministru Attard qal li wara l-mistoqsija parlamentari mid-Deputata Rebekah Borg, ngħatat ħarsa lejn il-liġi u skatta l-proċess ta’ ċarezza.

Sostna li l-emendi qegħdin isiru wkoll b’konvinzjoni għaliex bħala gvern qiegħed jirrikonoxxi li l-għalliema huma fost l-aktar membri importanti tas-soċjetà tagħna. 

B’hekk qegħda tiġi proposta emenda minima li t-testi bil-Malti u bl-Ingliż jiġu fuq l-istess linja. Dan billi fl-abbozz bil-Malti jiżdiedu l-kliem “u l-għalliema”, mentri fl-abbozz bil-lingwa Ingliża jiġu miżjuda l-kliem “headmasters and”.

Dan ser ikun qed ikopri l-inkonsistenza u jiċċara li kemm għalliema u kemm surmastrijiet huma eżentati milli jservu bħala ġurati.

Il-Ministru spjega dwar il-proċess tal-għażla tal-ġurati u li madwar 8,000 persuna jistgħu jintalbu jservu ta’ ġurati, dan għaliex isimhom jidher f’waħda miż-żewġ listi; waħda għal ġurijiet bil-Malti u oħra għal ġurijiet bl-Ingliż. 

Il-Ministru qal li din l-emenda tista’ tqajjem domanda dwar professjonijiet oħra li jistgħu jiġu eżentati milli jservu ta’ ġurati, iżda qal li jeħtieġ li b’attenzjoni nħarsu li ma niżvestux dan il-proċess tant importanti.

“Għal darba oħra qegħdin noffru kjarezza f’abbozz li kif spjegajt għalkemm hawn min jista’ jinterpretah bħala xi ħaġa minima, fil-verità l-istess nuqqas ta’ kjarezza kienet qiegħda taffettwa individwi u għalhekk din hija konferma kemm dan il-gvern jagħti widen anke għal tibdiliet ta’ dan it-tip biex jelimina l-inċertezzi”, temm jgħid il-Ministru Attard

Ekonomija

Sport