Friday, December 27, 2024

“L-għan mhux li nħeġġu lit-tfal jilagħbu bil-kompjuter, imma li joħolqu kunċetti ġodda ta’ tagħlim”

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Aktar kmieni din il-ġimgħa l-iskola Mater Boni Consilii f’Raħal Ġdid laqgħet lis-Senatriċi Demokratika Amerikana Lisa Wellman. Wellman osservat u pparteċipat f’sezzjoni tal-E-sports flimkien mal-istudenti li jattendu l-istess skola, fejn saru diversi sezzjonijiet mmexxija mis-Sur Kevin Spiteri.

F’kumment lil talk.mt, is-Surmast Kenneth Vella qal li bħala skola dejjem jippruvaw jagħtu esperjenzi differenti lit-tfal. Spjega li waħda mill-inizjattivi li ttieħdet dawn l-aħħar xhur kienet li fl-iskola ġew introdotti E-SPorts fl-ewwel snin tas-sekondarja. Vella żied jgħid; “L-għan ewlieni mhux li nħeġġu lit-tfal jilagħbu bil-kompjuter, imma kif huma jistgħu joħolqu kunċetti ġodda b’dawn it-teknoloġiji’’.

Huwa importanti wkoll li wieħed ikollu viżjoni għat-tfal kollha speċjalment fil-ġejjieni. Dan qalitu s-Senatriċi Amerikana Lisa Wellman f’kumment li tat lil dan il-ġurnal. Qalet ukoll li trid tiżgura li meta t-tfal jikbru, iis-sistema tal-iskola tkun tista’ tipprovdi l-materjal meħtieġa lil istudenti biex jaħdmu, speċjalment issa li qegħdin nimxu lejn ekonomija diġitali.

Wellman żaret ukoll l-klassijiet tar-raba’ u l-ħames klassi, li kienu qegħdin jagħmlu użu minn tablet waqt il-lezzjonijiet tagħhom fil-klassi. Dan hekk kif l-inizjattiva li kull tifel u tifla jkollu tablet għal użu edukattiv ġiet introdotta mill-eks Ministru tal-Edukazzjoni ux-Xogħol Evarist żbartolo, li ukoll kien preżenti f’din iż-żjara.

Wellman kellha wkoll l-opportunità li tiltaqa’ mal-klassi tal-Pre-Grade, kif ukoll mal-għalliema tagħhom. Hija kienet akkumpanjata mit-tim tagħha u s-Sur Klaus Conrad, direttur ta’ Headstart Technology Ltd li ffaċilita ż-żjara.

Fi tmiem iż-żjara, il-membri tal-kunsill tal-iskola ppreżentaw tifkira lis-Senatriċi. Hija ferħet lit-tfajliet għax-xogħol tagħhom fil-kunsill tal-iskola u faħħret lill-iskola għall-inizjattivi li qed tieħu f’diversi oqsma fosthom dawk fit-teknoloġija, mentali wellbeing u mindfulness.

Ekonomija

Sport