Tuesday, December 9, 2025

L-għan tagħna hu li npoġġu djar affordabbli fis-suq Malti

- Jake Azzopardi, il-Kap Eżekuttiv ta’ Fondazzjoni Djar Affordabbli

Aqra wkoll

Dan is-sit talbet ir-reazzjoni tal-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni Djar Affordabbli, Jake Azzopardi dwar ir-rapport maħruġ minn KPMĠ. Hu ddikjara li “I-figuri ppubblikati jagħtu stampa dettaljata ta’ dak li ddeskrivejna aħna bħala Fondazzjoni fl-aħħar snin: li s-suq tal-proprjetà jaħdem għal xi wħud. Fl-istess ħin għandu sfida biex iservi lill-familji u l-ħaddiema b’pagi normali. Aħna impenjajna ruħna biex nitkellmu ma’ dawn in-nies li minkejja l-bżulija tagħhom bdiet tonqsilhom it-tama li jieħdu dan il-pass li jmiss f’ħajjithom. Il-missjoni tagħna hija ċara u din bdejna nwettquha: li npoġġu djar affordabbli fis-suq Malti. Li nagħmlu disponibbli djar ta’ kwalità għolja bi prezz li jlaħħaq mal-but ta’ familji u ħaddiema b’pagi normali”. 

Jake Azzopardi qal ukoll li “din il-missjoni tista’ tkompli ssaħħaħ is-settur tal-akkomodazzjoni billi tagħtih preċiżament dak li għandu bżonn: aċċess sħiħ lill-familji u ħaddiema biex jidħlu fis-suq u jsiru sidien ta’ darhom. Dawn in-nies m’għandhomx bżonn għajnuna soċjali għax l-unika ħaġa li twaqqafhom milli jiksbu dar hija l-prezz għoli meta mqabbel mal-paga. Aħna rridu nwettqu l-ħolma ta’ dawn in-nies billi nagħtuhom il-possibilità li jibnu l-futur tagħhom b’mod sigur. Dan qed nagħmluh billi ffissajna l-prezz affordabbli tad-djar u ma tajniex lok għall-ispekulazzjoni mill-iżviluppaturi fil-proġetti tagħna. 

Ħadna wkoll il-miżuri neċessarji biex nillimitaw l-ispekulazzjoni mill-istess klijenti tagħna. Biex ikun settur sostenibbli jrid jibqa’ dejjem iwieġeb għall-ħtiġijiet jinbidlu tan-nies kollha li jiġu bżonnu. Għalhekk irid ikun hemm influss ma jaqtax ta’ djar affordabbli deħlin fis-suq, kemm għall-bejgħ u kemm għall-kiri. Meta tkun iggwidat, kif aħna fi ħdan il-Fondazzjoni, mill-konvinzjoni li kulħadd jixraqlu dar, u meta tkun miftuħ biex tikkoopera ma’ kulħadd inkluż mas-settur privat, issib li l-possibilitajiet huma kbar biex tnaqqas ir-riskju u tnaqqas il-prezz b’mod li jaħdem għal kulħadd.”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport