Aktar kmieni din il-ġimgħa, il-Prim Ministru flimkien mal-Ministru Dr Jonathan Attard u l-Ministru Dr Michael Falzon nedew l-ewwel fażi tar-riforma tal-Qorti tal-Familja bi prinċipji importanti favur l-aħjar interess tat-tfal, ġustizzja ċċentrata fuq in-nies u effiċjenza u kwalità fis-sistema ġudizzjarja.
F’kumment ma’ dan is-sit, il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni Jonathan Attard sostna li fiċ-ċentru ta’ din ir-riforma hemm l-aħjar interess tat-tfal, mhux bil-kliem iżda bħala modus operandi li għandu jiggwida lill-ġudikatura, lill-professjonisti u lill-partijiet.
“L-għan tagħna hu wieħed: ġustizzja li tasal fil-ħin, li tħares lill-familja u li tpoġġi lit-tfal fuq quddiem nett f’kull deċiżjoni”, saħaq jgħid il-Ministru Attard.

