Minn Cristian Muscat
Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?
Kelli naħseb dawk il-ħames snin, meta kont nilgħab ma’ kuġinuwi fil-garaxx. Minn hemm ‘il quddiem ħajti saret futbol!
Iddeskrivi l-esperjenza preżenti tiegħek ma’ Kalkara United FC.
Mill-ewwel ġurnata li nżilt għat-taħriġ, ħassejtni ltqajt mat-tieni familja. Il-mod kif laqgħuni kemm il-plejers kif ukoll il-kumitat, mal-ewwel ħassejtni wieħed minnhom.
X’tikkummenta fuq l-andament tat-tim matul l-istaġun li għadda?
Kif għidtlek familja, kulħadd jiġġieled għal xulxin. Dis-sena se nkomplu nibnu fuq is-sena l-ohra u nemmen li se nkunu skwadra li fil-kampjonat jiddejqu jilagħbu kontrina.
Kif tqis il-livell tal-futbol Malti fil-preżent?
Nemmen li dejjem qed jitjieb maż-żmien.
U dak tar-riżorsi (grawnds) fejn titħarrġu u tilagħbu l-loghob kompetittiv tagħkom?
Nemmen li ċerti grawnds għandhom bżonn titwila, għax jikkawżaw l-injuries.
Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol?
Onestament, qed nimxi ġurnata b’ġurnata nipprova dejjem inkun aħjar mill- bieraħ. L-għan tiegħi huwa li ngħin lill-klabb kemm nista’ biex nilħqu l-għanijiet li għandu.
Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-futbol.
Nemmen li m’għandek taqta’ qalbek qatt u jekk xi ħaġa tridha biżżejjed u lest li taħdem għaliha, kapaċi tasal għaliha!