Tuesday, March 4, 2025

L-għan tiegħi huwa li nibqa’ nikber u nitgħallem iktar u niprovva nilħaq il-massimu tal-kapaċitajiet tiegħi – Jason Dingli

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?

L-imħabba tiegħi lejn il-futbol kienet minn meta kont żgħir u kont insegwi lil Manchester United fuq it-televixin u minn hemm tista’ tgħid kienet l-ewwel attrazzjoni tiegħi lejn il-futbol, imbagħad niftakar missieri kien jieġu lili u lil ħija l-grawnd naraw il-futbol lokali ta’ kull ġimgħa u konna nitilgħu naraw lil Ħal-Qormi u ġieli anka timijiet oħra. Apparti hekk dak iż-żmien ta kuljum konna niltaqgħu l-ħbieb bejnietna nilagħbu l-futbol fejn konna nsibu sakemm eventwalment bdejt nittrenja ma’ Ħal-Qormi fin-nursery ukoll.

Iddeskrivi l-esperjenza preżenti tiegħek bħala Chairman ta’ Qormi FC Youth Nursery u kowċ tal-U15 u mill-minors ‘l isfel tal-istess klabb.

L-esperjenza tiegħi bħala Chairman tan-nursery tal-klabb tant għal qalbi Qormi FC hija oġġett li nħossni ta’ unur li ġejt fdat b’fiducja għal dan ir-rwol mill-kumitat u mill-membri ta’ Qormi FC u naħdem b’dedikazzjoni kbira biex nara lil dan lura fejn jixraqlu b’talenti ta’ żgħażagħ min-nursery tagħna, apparti minn hekk jien kowċ ukoll tal-Under 15s li din hija l-ewwel sena tiegħi bħala kowċ f’kategorija kompetittiva u bla dubju hija esperjenza sabiħa u li nara d-dedikazzjoni u l-grinta tagħhom tagħtini iktar enerġija biex naħdem magħhom ġimgħa wara l-oħra. 

Huwa fatt magħruf li t-tim tal-kbar ta’ Qormi FC qed jutilizza bosta plejers prodotti tan- nursery tagħkom. X’inhu s-sigriet ta’ dan is-suċċess?

Iva. Qormi FC minn dejjem kien klabb li jtella’ bosta prodotti minn nursery tagħna u speċjalment f’dawn is-snin riċenti nemmen li dan huwa kollu riżultat ta’ fiduċja u xogħol siewi kontinwu maż-żgħażagħ taghna u dejjem naraw kif ninvestu fin-nursery u fil-plejers li jkollna u l-iżvilupp tagħhom bħalma forsi jsegwu ma jgħaddix staġun li ma nagħtux debutt/i mill-minors jew l-Under 17s tagħna.

Kif tqis il-livell tal-grassroots f’pajjiżna?

Il-livell tal-grassroots hawn Malta nemmen li bilmod il-mod qegħdin immorru dejjem għall-aħjar u nitgħallmu iktar biex noħorġu iktar tfal ta’ livell u qegħdin jizdied dejjem iktar opportunajiet minn dak li kellna fil-passat.

U dak tal-futbol Malti fil-preżent, u kif rajtu jinbidel tul is-snin?

Il-futbol mill-passat għall-preżent inbidel totalment u żviluppa ħafna t-tfal u l-plejers tal-lum għandhom faċilitajiet ferm aħjar u ħafna iktar opportunitajet li dawn qabel ma kienx hawn.

U dak tar-riżorsi (grawnds) fejn titħarrġu u tilagħbu l-logħob kompetittiv tagħkom?

Bħala riżorsi ta’ grawnds għat-taħriġ, mhux kull klabb/nursery għandu l-privileġġi biex jittrenja f’ċertu kobor adattat għal ċerti age groups. Safrattant hawn ħafna klabbs li jkollhom jikru biex ikunu iktar komdi u jittrejnaw kif suppost u nemmen li dik hi waħda mill-problemi li hawn Malta, fejn anke meta jkollna logħob kompetittivi għalkemm ħafna mil-loghob jintlagħbu fi grawnds tajbin, ċertu logħob jintlagħbu fi grawnds li ma jkunux f’kundizzjoni tajba. Hemm bżonn li jkollna iktar grawnds ta’ kobor addattat u kundizzjonijiet aħjar, imma qed nara progress u nemmen li fil-futur bilmod isiru.

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol?

Fil-mument qiegħed vera kuntent li x-xogħol tiegħi huwa full-time football u l-għan tiegħi huwa li nibqa’ nikber u nitgħallem iktar u niprovva nilħaq il-massimu tal-kapaċitajiet tiegħi. Fil-futur qed inħares li nibqa’ naħdem maż-żgħażagħ kif qiegħed bħalissa u ngħinhom jilħqu t-tragwardi tagħhom u narahom parti minn skawdri tal-kbar jew parti mit-tim nazzjonali Malti. 

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-futbol.

Il-messaġġ li ngħaddi għal min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċessi fil-futbol huwa li trid tkun dedikat, iddixxiplinat u ‘committed’. Kulħadd jimxi bil-pass tiegħu … it-triq mhux dejjem se tkun lixxa u żball jagħmlu kulħadd … l-importanti li żball titgħallem minnu u ma taqta’ qalbek qatt! 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport