Wednesday, March 4, 2026

‘L-għan tiegħi huwa wieħed, li nilgħab biss mat-tim tar-raħal – ma’ Għajnsielem FC’ – Alberto Xuereb

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?

L-imħabba lejn il-futbol bdiet minn etá żgħira ħafna. Dejjem kont inkun nilgħab bil- ballun fit-triq, riħ, xita jew xemx. 

Ħa mmur mal-ewwel għall-punt. X’tikkummenta fuq il-fatt li lħaqt u qbizt it-tragward tal-200 partita uffiċjali fil-karriera tiegħek?

Li qbiżt il-200 logħba tiegħi huwa ta sodisfazzjon kbir, izda irrid inkompli naħdem iktar sabiex nilgħab iktar logħob. 

Iddeskrivi l-esperjenza preżenti tiegħek ma’ Għajnsielem FC.

Nista’ ngħid li l-ambjent huwa wieħed ferm u ferm sabiħ! Qegħdin naħdmu id f’id biex inkomplu nimxu ‘l quddiem. 

X’tikkummenta fuq l-andament tat-tim matul dan l-istaġun sa issa?

F’dan l-istaġun it-tim tagħna qed juri logħob sabiħ u tajjeb ħafna

X’inhuma t-tragwardi tagħkom għal dan l-istaġun?

It-tragward tagħna dan l-istagun kien li nżommu postna fl-Ewwel Diviżjoni u bħalissa ninsabu fil parti ta’ fuq tal-klassifika peró rridu nżommu saqajna mal-art u nimxu logħba b’logħba.

Kif tqis il-livell tal-futbol Għawdxi fil-preżent?

Il-Kampjonat Għawdxi qed isir aktar iebes u aktar kompetittiv. Kull tim se jinżel biex jagħtik logħba. 

U dak tar-riżorsi (grawnds) fejn titħarrġu u tilagħbu l-logħob kompetittiv tagħkom?

Aħna xxurtjati li għandna grawnd mgħammar tajjeb u bfacilitajiet tajbin. Nixtieq nejd ukoll li ahna nahseb l-uniku klabb li għandna kazin tal-futbol,grawnd u gym kollha fejn xulxin fic-ċentru tar raħal.

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol?

Għalissa iffukat biss fuq dan l-istaġun iżda l-għan tiegħi huwa wieħed, li nilgħab biss mat-tim tar-raħal – mal-‘Blacks’!

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-futbol.

Dejjem emmnu fikom nfuskom, stinkaw u aħdmu b’dedikazjoni! Kunu lesti biex titghallmu u dejjem agħtu l-massimu tagħkom!

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport