Saturday, December 21, 2024

L-għaqal fit-tmexxija tal-finanzi pubbliċi

Aqra wkoll

Il-Ministru Caruana rrimarka li dan kollu ma kienx ikun possibbli li kieku pajjiżna ma jħaddanx id-dixxiplina u l-għaqal fit-tmexxija tal-finanzi ta’ pajjiżna.

Qal li r-riżultati miksuba se jagħtu iktar kuraġġ li jitkompla l-investiment bla preċedent ta’ €68 miljun fuq perjodu ta’ għaxar snin, sabiex tiġi installata sistema diġitali u integrità tal-IT li tgħaqqad il-funzjonijiet flimkien. Żied jgħid li permezz ta’ din il-pjattaforma diġitali, kull min hu dovut li jħallas it-taxxa jkun jista’ jivverifika l-istat tiegħu tat-taxxa.

Il-Minsitru tal-Finanzi spjega li bħala parti mir-regoli l-ġodda, l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea kienu obbligati li jdaħħlu dak li jissejjaħ il-Medium-Term Fiscal Structural Plan għand il-Kummissjoni. Spjega li dan huwa pjan li jispjega x-xejra tal-qagħda fiskali tal-pajjiż għas-snin li ġejjin. Qal li bi pjaċir Malta u stat ieħor biss rrispettaw id-data ta’ skadenza.

Id-defiċit għas-sena d-dieħla mistenni jinżel għal 3.5%

Il-Ministru Caruana qal li d-deficit tal-Gvern għal din is-sena kien mistenni jkun ta’ 4.5%. Huwa iżda ħabbar li l-indikazzjonijiet huma li se jmorru aħjar u li minflok d-defiċit se jinżel għal 4.0%.

Għas-sena d-dieħla, qed jaraw li d-defiċit jinżel għal 3.5%, 3.0% fl-2026 u 2.6% fl-2027. Filwaqt li r-regoli Ewropej jippermettu erba’ snin biex jinżlu taħt it-3%, pajjiżna se jirnexxielu jagħmel dan f’sentejn, billi jiġi rispettat dak li hu msejjaħ bħala l-isforz minimu billi d-defiċit jonqos b’0.5% kull sena.

Fl-2024 id-dejn mistenni jkun ta’ 49.5%

Dwar l-ekonomija, il-Ministru tal-Finanzi rrimarka li mill-2013 lil hawn, din kibret b’200% jew minn €7 biljun fis-sena dakinhar għal aktar minn €22 biljun illum. Saħaq li l-fatt li l-ekonomija kibret daqshekk għaldaqstant wassal sbiex il-piż tad-dejn jonqos matul is-snin.

Spejga li bħala proporzjon mill-PDG, id-dejn mistenni jkun ta’ 49.5% fl-2024 u ta’ 50.1% fl-2025. Tenna li meta għaddiet il-pandemija, ingħataw sussidji kbar wara li splodew il-prezzijiet tal-enerġija fis-swieq internazzjonali u l-piż tad-dejn jonqos u jinżel għal 50% – 10 punti perċentwali taħt is-60% stabbilit mir-regoli Ewropej

Ekonomija

Sport