Saturday, November 23, 2024

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa tissuġġerixxi li l-maskri jintlibsu dejjem fil-pubbliku

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Ritratt: Reuters

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa bidlet il-pariri tagħha dwar il-maskri biex issa qed tgħid li dawn għandhom jintlibsu dejjem fil-pubbliku biex jonqos ir-riskju tat-tixrid tal-Coronavirus.

Il-WHO sostniet li informazzjoni ġdida turi li dawn il-maskri jistgħu joffru protezzjoni kontra l-mikrobu minn persuna għall-oħra. B’hekk it-tixrid ikun jista’ jonqos f’postijiet fejn id-distanza soċjali mhux daqstant faċli biex tinżamm.

Qabel dan l-avviż, l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa kienet sostniet li m’hemmx biżżejjed evidenza li turi li persuni b’saħħithom għandhom jilbsu l-maskri fil-pubbliku.

L-organizzazzjoni dejjem issuġġeriet li l-maskri għandhom jintlibsu minn persuni li huma morda u persuni li jkunu qed jieħdu ħsiebhom.

Skont studju miġbur mill-Università John Hopkins, madwar id-dinja ġew konfermati mas-6.7 miljun każ ta’ coronavirus u mal-400,000 persuna mietu sa minn meta feġġew l-ewwel każijiet tal-virus.

Sport