Wednesday, April 9, 2025

L-għaqda fil-klabb kienet is-sigriet wara l-promozzjoni ta’ Birzebbugia SP FC – Joseph Fenech

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?
Minn ta’ etá żgħira dejjem kont inħobb insegwi u nilgħab il-futbol. Konna ninġabru erbat iħbieb tat-triq u nilagħbu flimkien sakemm għalaqt il-15-il sena u kont bdejt nittrenja ma’ Birzebbuga SP FC.

Iddeskrivi r-rwol tiegħek bħala president ta’ Birżebbugia SP FC.
Bħala president dejjem ippruvajt li nara li mill-kbir saż-żgħir f’kull rwol li għandu l-klabb nara li nisma’ lil kulħadd biex kemm jista’ jkun kulħadd ikun kuntent. Nżilt bil-għan ukol li n-nursey tagħna tkun b’saħħitha ħalli fil-futur inkunu nistgħu ninvestu fit-tfal tagħna ta’ Birzebbuga.

X’taħseb li kien is-sigiriet tas-suċċess wara l-ksib tal-promozzjoni għall- BOV Challenge League?
Jien inżilt ma’ Birzebbuga bil-għan prinċipali tal-għaqda. Nemmen li dan huwa s-sigriet jekk tista’ ssejaħlu hekk. Dejjem ippruvajt inkun hemm nisma’ x-xewqat u l-ideat tal-kumitat, staff tekniku u tal-plejers u nagħmel minn kollox biex flimkien nilħqu ftehim u nirranġaw fejn ikun hemm bżonn.

Kif tqis il-livell tal-futbol Malti fil-preżent?
Nemmen li hu tajjeb iżda dejjem hemm fejn jitjieb iktar.

U dak tal-grawnds fejn tilagħbu l-loghob kompetittiv tagħkom?
Bħala grawnds hemm minnhom tajbin iżda hemm ftit li għadna lura fihom.

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol?
Li nkompli naħdem ħalli nara lil Birzebbugia dejjem tikber fil-futbol.

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-futbol.

Il-mesaġġ li nixtieq ngħaddi huwa biex jekk vera tixtiquha bħala karriera tidħlu għaliha b’determinazjoni, imħabba u dedikazjoni kbira. Il-futbol jieħu ħafna ħin ukol jiġifieri wieħed irid jara li jkun lest jikkommetti ruħu għal kollox, iżda ma tridx taqta’ qalbek! 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport