Monday, October 21, 2024

L-Għaqda Mużikali Immakulta Kunċizzjoni tal-Ħamrun b’żewġ rekords ġodda

Aqra wkoll

L-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni tal-Ħamrun kisru żewġ rekords nazzjonali ġodda fil-gżejjer Maltin. Wieħed kien li din kienet l-ewwel banda Maltija li telgħet iddoqq f’Lourdes, fi Franza. Dan seħħ bejn is-27 t’April u l-1 ta’ Mejju, 2024.

Dan filwaqt li t-tieni rekord kien li l-Għaqda Mużikali tal-Ħamrun kienet l-ewwel banda Maltija li qed tagħmel użu minn passenger lift mal-planċier tas-Soċjetà, aċċessibbli għal persuni b’diżabbiltà. Il-lifter huwa kbir 1m 18cm x 1m 18cm u jogħla sa metru.

Dan qalitu The Malta Records f’messaġġ fuq Facebook, fejn ferħet lil din l-għaqda mużikali pjuttost moderna għal dawn l-objettivi milħuqa fil-45 sena mit-twaqqif tagħha.

Sport