Tuesday, March 26, 2024

L-għaqda Nisa Laburisti tikkundanna l-attakki li saru fil-konfront tad-Deputat Laburista Rosianne Cutajar

Aqra wkoll

Fi stqarrija maħruġa min-Nisa Laburisti, l-Għaqda qalet illi tikkundanna l-attakki li saru fil-konfront tad-Deputat Rosianne Cutajar permezz tal-pubblikazzjoni tal-kontenut privat ta’ chats privati ta’ diversi snin ilu.

L-Għaqda Nisa Laburisti nnutat li l-mod kif qed issir il-pubblikazzjoni ta’ dan il-kontenut privat, lejliet is-smigħ tal-kawża ta’ libell, juri l-mod kattiv kif jista’ jiżviluppa d-dibattitu politiku.

Għal darb’oħra, Nisa Laburisti nnutat b’dispjaċir kif dan jixhed li f’dan il-pajjiż ċerti individwi jħossuhom komdi jattakkaw b’dan il-mod misoġinist, inkluż bi ksur ta’ ordnijiet tal-Qorti.

L-Għaqda sostniet li dan l-atteġġjament m’għandux ikun aċċettatat u li Nisa Laburisti ma tistax tibqa’ siekta dwar dan l-aġir meta b’mod konsistenti jidher biċ-ċar li hawn min iħossu iktar komdu jagħmel dawn l-attakki, speċjalment għax qed jagħmilhom fil-konfront ta’ politiku mara.

Ekonomija

Sport