Saturday, December 28, 2024

L-Għaqda Repubblika tilmenta kontra l-PBS għax ma rrapurtawx konferenza

Aqra wkoll

Ta’ l-Għaqda Repubblika dalgħodu ressqu ilment formoli fil-konfront tal-PBS għax skont huma, l-istazzjon nazzjonali naqas milli jagħti rappurtaġġ fil-bullettini tal-aħbarijiet ta’ nhar il-Ħamis lil konferenza strampa li tal-Għaqda Repubblika għamlu quddiem il-kwartieri ġenerali tal-Pulizija fil-Floriana.

L-ilment sar lill-Kap tat-Taqsima tal-Aħbarijiet tal-PBS Norma Saliba f’ittra li bagħtulha u li fiha ilmentaw illi filwaqt li ġurnalisti tal-PBS kienu prezenti għal żjara li għamel il-Kap tal-Oppożizzjoni lil membri ta’ Repubblika, madankollu ma saret ebda riferenza għall-aħbar li l-Għaqda Repubblika qed issejjaħ protests nazzjonali quddiem Kastilja.

L-Għaqda Repubblika għaldaqstnt talbet lill-istazzjon nazzjonali biex jirrimedja għal din is-sitwazzjoni. 

Ekonomija

Sport