L-Għaqda tal-Pensjonanti tal-GWU, il-Ġimgħa filgħodu, organizzat il-festin annwali tal-Milied għall-membri tagħha. Għal din l-attività soċjali, li saret fil-Workers’ Memorial Building, attendew għadd kbir ta’ pensjonanti li setgħu jgawdu minn programm sħiħ ta’ divertiment, li kien jinkludi wkoll mużika u diversi mistednin fosthom kantanti.
Bħal kull sena, is-Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja kien ukoll preżenti għal din l-attività fejn awgura l-festi t-tajba lill-membri tal-Għaqda Pensjonanti tal-GWU.

