Saturday, September 13, 2025

“L-għaqda u r-rispett huma l-qalb li tħabbat f’dan il-moviment” – Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

Aqra wkoll

“Din il-ġimgħa ħafna inħasdu bil-mewt ta’ Charlie Kirk. Kemm hija ħaġa kerha l-intollerranza, xi ħaġa li nqisha bħala mibgħeda.  Anke dawk li ma’ jaqblux magħna jxtraqilhom ir-rspett. L-għaqda u r-rispett huma l-qalb li tħabbat f’dan il-moviment. Kienet il-ħolma ta’ Joseph Muscat li dan il-moviment ikun magħqud u hekk qed isir.”

Dan iddikjarah id-Deputat Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin Ian Borg waqt attività politika f’Kennedy Grove, fil-Park Nazzjonali tas-Salina. Il-Ministru Borg irrimarka li t-tolleranza u l-għaqda huma l-valuri li bihom inħarsu lejn futur aħjar.  

B’referenza għall-Partit Nazzjonalista, il-Ministru Borg irrimarka; “Il-Partit Nazzjonalista suppost qed jibda paġna ġdida. Għandhom opportunità li jarmu l-politika tal-mibgħeda jew immaturtà. Iż-żmien jagħtina parir. Nemmen li pajjiżna jixraqlu kontribut pożittiv mill-Partit Nazzjonalista”.

Fid-diskors tiegħu, Borg irrimarka li t-tolleranza tfisser illi nisimgħu lil xulxin il-ħin kollu. Qal ukoll; “Ejja nibqgħu nużaw dik l-għodda li għamlitna moviment rebbieħ. L-isfidi tas-suċċess jibqgħu sfidi u ma’ għandna nwarrbuhom qatt”.

Il-Deputat Prim Ministru temmen il-messaġġ tiegħu billi qal; “Dak li nistgħu nwettquh illum, nagħmluh illum u mhux għada. Għandna Gvern b’saħħtu  li jwettaq kollox fil-ħin.Ejja nagħmlu dak kollu possibli u nibqgħu magħudin halli nibqgħu pajjiz ghaqli. Futur sabiħ nistgħu nibdew illum wara l-Prim Ministru Robert Abela”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport