Saturday, December 21, 2024

“L-għaqdiet tal-Baned għandhom jingħataw linji gwida ta’ x’jistgħu jagħmlu s-sajf li ġej”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt il-ħin tal-aġġornament, id-Deputat Nazzjonalista Anthony Bezzina tkellem dwar is-suġġett tal-festi u l-pandemija. Bezzina qal li hemm bżonn diskussjonijiet bejn dawk kollha involuti biex dawn l-Għaqdiet tal-Baned ikunu jistgħu jingħataw dawl dwar x’jista’ jsir fis-sajf li ġej. Huwa fakkar li dawn in-nies ikunu jeħtieġu xhur twal ta’ preparamenti u b’hekk jeħtieġ li dawn in-nies jingħataw linji gwida għal dak li jista’ jkun permess fis-sitwazzjoni preżenti jew saħansitra jekk is-sitwazzjoni tkun waħda aħjar milli ninsabu fiha llum.

Il-perit tkellem dwar piżijiet finanzjarji li faċilment jistgħu jiġu evitati. Tkellem dwar il-provvista tal-Pulizija se tkun qiegħda tiġi sostitwita ma’ uffiċjali tal-LESA għas-spejjeż tal-għaqdiet.

Tkellem dwar il-kiri tal-barrikati u l-ħlas dovut għalihom meta ħafna minn dawn l-għaqdiet huma volontarji li jagħmlu dawn l-attivitajiet minn buthom. Huwa appella lill-MTA biex toħroġ għajnuna lil dawn is-soċjetajiet biex itaffu parti mill-ispejjeż.

Ekonomija

Sport