Il-grupp internazzjonali Eiffel 65 kienu l-attrazzjoni prinċipali waqt l-ispettaklu li ttella’ f’lejlet l-Ewwel tas-Sena fi Pjazza Indipendenza, fir-Rabat, Għawdex. Din l-attività rat ukoll is-sehem ta’ diversi kantanti u artisti lokali flimkien ma’ DCapitals BigBand u Ryan Spiteri fost oħrajn.
Din kienet attività oħra mtella’ b’suċċess mill-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar, li għaliha attendew numru kbir ta’ persuni li ħarġu bi ħġarhom biex isellmu lis-sena 2025 u jagħtu merħba lis-sena 2026.


