Xemx u xita Alla jaf meta. Milli jidher anke l-postijiet fejn tinżel ix-xita tibqa’ mistoqsija u dan hekk kif illum f’diversi lokalitajiet niżlu l-għerejjex ta’ Santa Marija filwaqt li f’oħrajn spikkat xemx tiżreġ.
Intant minkejja li xi siti tat-temp lokali bassru aktar ħalbiet tax-xita fil-jiem li ġejjin, l-ajruport internazzjonali ta’ Malta qiegħed ibassar aktar jiem xemxin b’temperatura medja ta’ 33 grad li tinħass kemmxejn aktar f’ċertu postijiet.
L-aħħar xita sinifikanti niżlet aktar minn ħames xhur ilu u b’hekk ma setax jonqos li dawn il-ħalbiet ta’ xita ġabu magħhom reazzjonijiet imħalltin.