It-Tlieta’, 2 ta’ Settembru, fl-EXPO ta’ Osaka, il-Ġappun 2025, il-Padiljun ta’ Malta esebixxa l-installazzjoni ‘The Black Garment’, produzzjoni mill-istudjo tad-disinjatur Malti Luke Azzopardi. L-installazzjoni ‘The Black Garment’ hija ikkummissjonat mill-Kunsill Malti tal-Arti.
‘The Black Garment’ huwa proġett tal-moda li jesplora s-sinifikat kulturali u storiku profond tal-Għonnella Maltija, bħala kontinwazzjon tal-pubblikazzjoni ta’ Luke Azzopardi, ‘Għonnella: Deconstructing the Garment’ ippubblikata għall-ewwel darba fl-2011.
Din il-kollezzjoni tgħaqqad il-couture kontemporanja mal-ilbies folkloristiku tradizzjonali, u toħloq djalogu dinamiku bejn il-passat u l-preżent, ir-realtà u l-immaġinazzjoni. Fiha sitt rappreżentazzjonijiet ta’ couture kontemporanja ispirati mill-Għonnella, li jintlibsu minn mudelli bħala parti minn installazzjoni immersiva.
‘The Black Garment’ tidħol fil-fond fl-istorja tal-Għonnella u l-użu tagħha, billi ċċajpar il-linji bejn l-istorja tal-kostumi u d-disinn kontemporanju, u tikkummenta dwar kif l-ilbies tal-bieraħ jinfluwenza dak ta’ għada.
Il-Padiljun ta’ Malta jippreżenta ruħu bħala esperjenza kkurata ta’ arti, storja u moda, li tittrasforma r-riti tal-passat f’dikjarazzjoni viżjonarja għas-soċjetà ta’ għada.
Appoġġjat minn Malta Enterprise, l-Ambbaxxata Maltija fil-Gappun, Malta Crafts Foundation, Heritage Malta