Monday, October 27, 2025

l-GWU tiddikjara tilwima industrijali fil-konfront ta’ HSBC Malta plc

Aqra wkoll

It-Taqsima Professjonisti, Finanzi u Servizzi fi ħdan il-General Workers’ Union qed tiddikjara tilwima industrijali fil-konfront ta’ HSBC Malta plc skont kif previst fil-Klawżola 9 tal-Ftehim Kollettiv bejn HSBC Bank Malta plc u l-General Workers’ Union 2024 -2026.

 DIn l-azzjoni qed tittieħed minħabba d-dewmien esaġerat għal laqgħa biex jiġi diskuss il-pakkett finanzjarju li jikkumpensa lill-impjegati għas-servizz tal-passat tagħhom lil HSBC Malta plc.

Il-GWU esprimiet it-tħassib dejjem jikber tagħha dwar id-dewmien kontinwu biex tirċievi l-abbozz tad-dokument li jiddeskrivi t-termini proposti.

“L-esklużjoni tal-GWU minn dan il-proċess hija totalment inaċċettabbli u trid tiġi rranġata mingħajr aktar dewmien. L-inċertezza u l-ansjetà kontinwi fost l-impjegati, aggravati minn spekulazzjoni dejjem tikber, mhumiex aċċettabbli. Jekk din l-esklużjoni tippersisti, se nieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex nipprevjenu l-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe ftehim milħuq mingħajr l-involviment u l-kunsens tagħna,” qalet is-Segretarju tat-Taqsima Riccarda Darmanin.

Fid-dawl ta’ din in-nuqqas persistenti ta’ progress, il-GWU iddikjarat formalment tilwima industrijali.

Madankollu, il-GWU tibqa’ impenjata li tkun involuta f’kull laqgħa kostruttiva u tħeġġeġ lill-Bank biex jibda djalogu f’waqtu, trasparenti u sostantiv biex isolvi din il-kwistjoni fl-aħjar interess tal-partijiet kollha. Id-Direttur Ġenerali tad-DIER qed jingħata kopja biex jirreġistra u jinnota l-progress ta’ din it-tilwima.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport