Saturday, November 23, 2024

L-HSBC se jkompli bil-pjan li jnaqqas mal-35,000 post tax-xogħol

Aqra wkoll

Il-bank HSBC qed jingħad li se jkompli bil-pjan tiegħu li jnaqqas il-ħaddiema wara li matul il-pandemija tal-COVID-19 kien waqqaf dan il-proċess. 

Dan it-twaqqif ta’ xogħlijiet mistenni jsir matul nofs is-sena, fl-istess waqt li l-bank anke jwaqqaf ir-reklutaġġ minn barra. Dan ġie mħabbar mill-kap eżekuttiv Noel Quinn f’memo li ntbagħtet lil 235,000 ħaddiem madwar id-dinja. 

Quinn qal li dan il-proċess ma setax jibqa’ wieqaf b’mod indefinit u mistenni jwassal biex il-bank dinji jnaqqas $4.5 biljun f’infiq. 

Min-naħa l-oħra, il-bank qal li fiċ-ċirkostanzi straordinarji tal-COVID-19 ma ħassx li kellu jkeċċi lill-ħaddiema.

Sport