Wednesday, November 5, 2025

L-IĠM jikkundanna l-aġir tal-PN fil-Parlament … Paula Mifsud Bonnici tiskuża ruħha

Aqra wkoll

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin ikkummentat dwar sitwazzjoni li nqalgħet fil-Parlament it-Tlieta li għadda meta Membru Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista ostakolat ix-xandira diretta waqt id-diskors tal-Prim Ministru b’replika għall-Budget.

L-IĠM qal li jifhem li d-diskors tal-Prim Ministru kien qabeż il-ħin, iżda tħoss li xorta kellha tikkundanna l-att li fixkel it-trażmissjoni live bl-interferenza waqt ix-xandira pubbliku.

L-IĠM saħaq li ma hemmx post għal din it-tip ta’ mġiba fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż. “L-Oppożizzjoni kellha tqajjem il-kwistjoni mal-Ispeaker u mhux tostakola lill-cameraperson waqt il-qadi ta’ dmirijietu,” tenniet l-IĠM.

Sadanittant, f’kitba fuq il-midja soċjali, id-Deputata Nazzjonalista Paula Mifsud Bonnici filwaqt li kkonfermat li qagħdet quddiem il-camera u talbet skuża ta’ dan, sostniet li dan għamlitu għax skont hi ma tħallietx tressaq point of order.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport