Sunday, December 22, 2024

L-IĠM jikkundanna t-theddid li qed jirċievi Victor Vella

Aqra wkoll

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin juri solidarjetà mal-ġurnalist u editur Victor Vella li hu vittma ta’ attakki viljakki minn persuni li ma jaqblux miegħu fuq il-kwistjoni tal-immigrazzjoni.

F’xi każi dawn l-attakki qed ukoll jinċitaw l-użu tal-vjolenza kontrih u familtu, tant li Victor kellu jagħmel rapport mal-pulizija.

Uħud minn dawn l-attakki saħansitra kienu indirizzati lejn ulied Victor, li huma minorenni, u familtu.

L-IĠM jikkundanna bla ebda riżerva dan l-aġir minn persuni li għax mistura wara l-kompjuter fid-dar tagħhom jaħsbu li jistgħu jgħidu li jridu.

Filwaqt li l-IĠM tibqa’ tissielet għad-dritt tal-libertà tal-espressjoni, qatt ma tista’ taċċetta sitwazzjoni fejn ġurnalist, jew kwalunkwe persuna oħra, ikun mhedded għal kitbietu jew dak li jemmen fih.

L-IĠM juri solidarjetà mal-ġurnalisti kollha li b’xi mod jew ieħor jiffaċċjaw theddid fil-qadi ta’ dmirijiethom u jitlob li l-awtoritajiet jinvestigaw u jressqu l-qorti lil min iwettaq dan l-aġir li jmur għal kollox kontra l-ispirtù tad-demokrazija.

Ekonomija

Sport