Tuesday, December 24, 2024

L-IĠM tikkundanna t-tgħajjir u l-attakki personali ta’ Fenech Adami u Karol Aquilina fil-konfront ta’ Stagno Navarra

Aqra wkoll

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin ikkundanna l-attakki personali mid-Deputati Nazzjonalisti Beppe Fenech Adami u Karol Aquilina fil-konfront tal-ġurnalisti u preżentatur Karl Stagno Navarra. Stagno Navarra safa mgħajjar u attakkat personalment meta lbieraħ u llum, barra l-binja tal-Parlament, mar biex jieħu kummenti mingħand id-deputati Nazzjonalisti.

L-IĠM qalet li filwaqt li mhix se tkun qed tidħol fil-mertu ta’ dak li qalu d-Deputati Fenech Adami u Aquilina, dawn jinsabu ‘on record’ fi clips awdjo-viżivi li waslu għandha.

Stagno Navarra qed jisħaq li Aquilina fixkel lill-pulizija f’xogħolhom meta kienu qed jeskortaw uffiċjal diplomatiku sena u nofs ilu, u talab lill-Kummissjarju għall-Istandards biex jinvestiga lil Aquilina.

Min-naħa l-oħra Aquilina ċaħad li ma obdiex ordnijiet tal-Pulizija, kiser regolamenti tat-traffiku, li poġġa ħajjet uffiċjal tal-pulizija fil-periklu, u li saq b’mod traskurat.

L-IĠM temm li l-ebda deputat u uffiċjal pubbliku m’għandu jattakka personalment biex jevita li jwieġeb mistoqsijiet. Dan filwaqt li rrikonoxxa li d-deputati u l-uffiċjali pubbliċi għandhom id-dritt li ma jirrispondux jew jekk mhux f’pożizzjoni li jwieġbu dak il-ħin jiddikjaraw hekk.

Ekonomija

Sport