L-artist famuż mad-dinja kollha Robbie Williams ser ikun qiegħed jospita kunċert fl-24 ta’ Awwissu fuq il-Fosos tal-Furjana.
Huwa ser ikun qiegħed jagħmel il-kunċert tiegħu f’Malta bħala parti minn tour sabiex jiċċelebra 25 sena minn mindu beda l-karriera tiegħu bħala solist.
NNG Promotions u greatt, l-organizzaturi ta’ dan il-kunċert fi stqarrija qalu li l-Maltin u l-Għawdxin ser ikollhom l-opportunità li jgawdu minn spettaklu mill-isbaħ tal-artist ta’ fama mondjali.
Il-Ministru għat-Turiżmu, Clayton Bartolo, qal dan il-kunċert huwa ta’ opportunità kbira għaliex jattira diversi turisti minn mad-dinja kollha.
Il-biljetti jistgħu jinxtraw minn fuq is-sit: bit.ly/ROBBIEWILLIAMSINMALTA minn nhar it-Tnejn 23 ta’ Jannar.