Minn Cristian Muscat
Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?
Il-futbol dejjem kelli ġibda naturali lejh minn etá żgħira, fejn eventwalment bdejt il- karriera tiegħi man-nursery tar-Rabat Ajax. Kont mdawwar bih meta nattendi l-MUSEUM jew l-iskola u anke fil-ħin liberu tiegħi u għaqqadni ma’ ħafna nies li għadhom ħbieb tiegħi sal-lum il-ġurnata.
Iddeskrivi l-esperjenza preżenti tiegħek ma’ Qrendi FC.
Kienet esperjenza edukattiva u differenti minn staġuni oħra kemm fiżikament u anke mentalment għaliex kelli l-opportunitá li nilgħab f’pożizzjonijiet li qatt ma kont fihom fil-karriera tiegħi. Din servietni bħala sfida miegħi nnifsi li mbuttatni staġun sħiħ għaliex dejjem inkun irrid nagħti l-almu tiegħi kollu meta nkun fil- pitch.
X’tikkummenta fuq l-andament tat-tim matul l-istaġun li għadda, fejn fost oħrajn irnexxielkom taslu sal-finali tal-BOV Amateur Cup?
Kien staġun pjuttost diffiċli għax l-għan tagħna kien li nkunu mal-ewwel sitta fil- kampjonat. Sfortunatament, ma lħaqniex it-tir tagħna għall-punt wieħed biss u b’hekk kienet ta’ sfida li riedna nkomplu l-istagun fir-relegation pool filwaqt li nippreparaw għas-semi-finali tal-BOV Amateur Cup. Provajna nżommu l-entużjażmu għoli kemm jista’ jkun sabiex inkunu lesti biex naffaċċjaw is-semi-finali bl-aktar mod pożittiv li għaddejna u tlajna għall-finali li sfortunatament tlifna kontra Victoria Hotspurs FC bl-iskor ta’ 2-1.
Kif tqis il-livell tal-futbol Malti fil-preżent?
Il futbol Malti qiegħed jgħolli l-livell fost il-klabbs innifishom u l-plejers. Bħalma kulħadd jaf, in-numru tal-plejers barranin żdied allura l-livell għola. Għaldaqstant, għandi fiduċja fil-plejers żgħażagħ li telgħin għax qed juru potenzjal kbir.
U dak tar-riżorsi (grawnds) fejn titħarrġu u tilagħbu l-logħob kompetittiv tagħkom?
Din hija wahda mill-akbar ostakli li naffaċċjaw aħna l-plejers. Nemmen li għandna bżonn l-għajnuna kemm f’tibdil ta’ pitches u dressing rooms u anke tixrib ta’ pitches qabel il-logħob li tassisti fi prevenzjoni ta’ injuries għall-plejers.
Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol?
Qed inħares ‘il quddiem għall-istaġun li ġej. Qed nipprepara biex kemm jista’ jkun nidħol għalih b’saħħti u nagħti l-aħjar verżjoni tiegħi nnifsi sabiex bħalma nkun dejjem nixtieq nagħmel, nagħti l-mija fil-mija tiegħi meta nkun fil-pitch.
Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-futbol.
Il-messaġġ tiegħi hu biex dejjem tistinka u żżomm moħħok hemm. L-iktar ħaġa importanti hi li ma tħalli lil ħadd ikun ta’ ostaklu għalik u li temmen fik innifsek u fil- potenzjal tiegħek ħalli jiġri x’jiġri tkun taf li tajt l-almu tiegħek kollu u tkun bla dispjaċiri ta’ xejn!