Monday, November 11, 2024

L-iktar kawża antika quddiem il-Qrati ilha 58 sena

Aqra wkoll

Minkejja r-riformi kbar li qed iwettaq il-gvern fejn jidħol dewmien smigħ ta’ kawżi quddiem il-qrati ta’ Malta u Għawdex, l-iktar kawża antika li ilha għaddejja tmur lura għall-1965. Din il-kawża tinsab quddiem il-Qorti tal-Appell Superjuri (Qrati Ċivili) f’Malta.

Minn informazzjoni li ta l-Ministru għall-Ġustizzja, Jonathan Attard għal interpellanza tad-Deputat Ivan Bartolo, irriżulta li l-maġġoranza tal-kawżi antiki huma appuntati li jinstemgħu din is-sena.

Il-Ministru Attard ippreżenta fil-Parlament lista sħiħa li turi l-kawżi antiki kollha li għadhom pendenti quddiem il-Qrati. Minn din il-lista rriżulta li hemm ġurijiet fil-Qrati Kriminali li ilhom mill-2008 filwaqt li fl-Appell Inferjuri hemm dawk li ilhom mis-sena 2004.

Fil-Qrati ta’ Malta, il-kawżi jvarjaw fis-snin bejn l-1965 u l-2018. Fil-każ tal-Qrati t’Għawdex is-snin ivarjaw bejn l-1973 u l-2018.

Sport