Tuesday, November 26, 2024

L-ilbes tal-maskra u l-Covid Pass m’għadhomx obbligatorji fl-Ingilterra

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-ilbies tal-maskri u l-covid pass fl-Ingilterra ma baqgħux obbligatorji u dan skont il-pjan ta’ rilaxx ta’ miżuri li daħal fis-seħħ mil-lum.

Is-Segretarju tas-Saħħa Sajid Javid qal li dan ir-rilaxx seta’ jseħħ grazzi għall-programm ta’ tilqim u l-avvanz fit-trattament relatat ma’ pazjenti bil-covid.

Huwa żied jgħid li issa sta għall-individwu jekk jixtieqx ikompli josserva dawn il-miżuri, anke jekk xi ħwienet se jkunu qegħdin jibqgħu jitolbu li tintlibes il-maskra.

Xi organizzazzjonijiet se jkunu qegħdin jibqgħu jitolbu l-covid pass u operaturi tal-istazzjonijiet ferrovjarji wkoll qegħdin jistennew li l-passiġġieri jilbsu l-maskra anke jekk mhux se jkunu qegħdin jisfurzawhom biex jagħmlu dan.

Il-gvern żied jiċċara li skont il-linji gwida tas-saħħa pubblika, il-pubbliku huwa mħeġġeġ ikompli jilbes il-maskra meta jkun fil-folla jew fil-magħluq u f’kuntatt ma’ persuni barranin.

Sport