Saturday, December 21, 2024

L-IMF iħeġġeġ lil El Salvador biex iwaqqaf l-użu tal-munita virwali Bitcoin

Aqra wkoll

Il-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) ħeġġeġ lill-pajjiż tal-El Salvador biex ireġġa’ lura d-deċiżjoni u jneħħi lil Bitcoin mil-lista ta’ muniti aċċettati fil-pajjiż.

F’Settembru li għadda, El Salvador sar l-ewwel pajjiż fid-dinja li ppermetta lill-klijenti biex iħallsu b’din il-munita virtwali. Din id-deċiżjoni kienet wasslet għal ħafna protesti minħabba biża’ li din tista’ twassal għal instabbiltà u inflazzjoni, f’pajjiż li diġà għandu rata għolja ta’ faqar.  

Fid-dawl ta’ dan kollu, l-IMF wissiet lill-President Nayib Bukele dwar ir-riskji li ġġib magħha d-deċiżjoni tal-użu ta’ muniti virtwali, fosthom anke li jkun diffiċli għal din l-istituzzjoni biex tagħtihom self jekk ikollhom bżonn. L-IMF qalet li muniti bħal Bitcoin ipoġġu riskji serji fuq l-istabbiltà finanzjarja, l-integrità finanzjara u anke fuq il-protezzjoni tal-konsumaturi. 

Meta l-El Salvador introduċa l-munita Bitcon bħala waħda li tista’ tintuża b’mod liberu, huwa kien ta kartiera diġitali ta’ $30 lil kull ċittadin. Apparti hekk, madwar il-pajjiż ġew installati iktar minn 200 magna minn fejn wieħed ikun jista’ jiġbed il-flus tal-Bitcoin. 

Ekonomija

Sport