Saturday, January 25, 2025

L-IMF ikkonkluda li Malta se tkompli ġġib riżultati aħjar minn pajjiżi oħra Ewropej

- il-Prim Ministru Robert Abela dwar ir-rapport tal-IMF

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Robert Abela iddikjara li l-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) mhux biss ikkonkluda li Malta “se tkompli ġġib riżultati ħafna aħjar minn pajjiżi oħra Ewropej”, iżda ikkonkludew li Malta qiegħda “teċċella fid-diġitalizzazzjoni”. Qal ukoll li l-IMF ddikjaraw li Malta tinsab f’pożizzjoni tajba ħafna biex tisfruttaw il-benefiċċji potenzjali tal-AI. Il-Viżjoni ta’ Malta għas-sena 2050 se tmexxina lejn prosperità ġdida”, iddikjara l-Prim Ministru Roberta Abela.

Ir-rapport tal-IMF jgħid li Malta kisbet waħda mill-aktar rati ta’ tkabbir ekonomiku b’saħħithom fl-Ewropa matul l-aħħar għaxar snin. Bejn l-2014 u l-2023, it-tkabbir kellu medja ta’ 63.75 fil-mija, it-tieni l-ogħla rata fl-Ewropa. B’riżultat ta’ dan, sas-sena 2023, il-Prodott Domestiku Gross jew il-ġid nazzjonali per capita kkonverġi mal-medja tal-Unjoni Ewropea. Dan jirrifletti politika proattiva biex tippromwovi l-industriji ta’ servizzi orjentati lejn l-esportazzjoni bħat-turiżmu u l-logħob onlajn. Reviżjonijiet riċenti sinifikanti tal-Prodott Domestiku Gross u tal-bilanċ tal-pagamenti jindikaw tkabbir aktar b’saħħtu u prestazzjoni tas-settur estern matul l-aħħar erba’ snin, b’pożizzjoni fiskali aktar favorevoli milli stmata qabel.

Minkejja dan, Malta tiffaċċja sfidi biex iżżomm tkabbir qawwi filwaqt li tiżgura s-sostenibbiltà soċjali u ambjentali. Esportazzjonijiet ta’ servizzi varji qegħdin jkomplu jsostnu t-tkabbir. Madankollu, it-tkabbir ekonomiku qawwi seħħ minn influss ta’ ħaddiema barranin u turisti. Dan wassal għal żieda fid-densità u pressjoni fuq l-infrastruttura bħat-toroq, ilma, drenaġġ, elettriku u servizzi pubbliċi bħal edukazzjoni u saħħa. Ir-rapport tal-IMF saħaq li Malta qed tiffaċċja wkoll nuqqas ħaddiema. Jgħidu li f’dan l-isfond, f’Ottubru, il-gvern nieda l-inizjattiva “Malta Vision 2050” biex jinvolvi lill-pubbliku f’diskussjonijiet dwar id-direzzjoni strateġika ta’ Malta fit-tul.

L-IMF jgħid li l-elezzjoni għal 2027

Ir-rapport tal-IMF jgħid li l-Partit Laburista għandu maġġoranza Parlamentari komda, u mal li l-elezzjoni li jmiss mistennija fl-2027.

L-IMF jgħidu ukoll li “l-iżbilanċ fiskali ġenerali fis-sena 2023 kien ta’ €939 miljun u dan ifisser 4.5 fil-mija tal-Prodott Domestiku Gross. Dań ifisser li l-iżbilan kien taħt it-tbassir tal-baġit li kien ta’ €944 miljun jew 5.0 fil-mija tal-ġid nazzjonali. Jgħid ukoll li s-sussidji tal-enerġija, filwaqt li naqsu wara ż-żieda fil-prezz globali tal-enerġija tas-sena 2022, baqgħu sinifikanti f’1.25 fil-mija tal-ġid nazzjonali. Sussidji oħra, inklużi spejjeż relatati mal-għeluq tal-Air Malta, baqgħu wkoll għoljin b’2.25 fil-mija tal-ġid nazzjonali.. Fl-ewwel disa’ xhur tas-sena 2024, il-bilanċ fiskali rreġistra surplus ta’ flus minħabba dħul qawwi, partikolarment mit-taxxi fuq id-dħul, u żamm it-tkabbir fl-infiq domestiku. Fl-aħħar tliet xhur, l-infiq huwa antiċipat li jiżdied, parzjalment minħabba kumpens ogħla tal-impjegati minn ftehimiet riċenti dwar il-pagi.

Il-parteċipazzjoni tan-nisa baqgħet baxxa f’dawk ta’ bejn 50 u 64 sena

L-IMF fir-rapport tagħhom jitkellmu dwar il-parteċipazzjoni tan-nisa fid-dinja tax-xogħol u jgħid li “Malta għamlet progress sinifikanti biex tagħti spinta lill-parteċipazzjoni tan-nisa fid-dinja tax-xogħol.” Jgħid li għad fadal il-potenzjal biex tkompli tissaħħaħ ir-rappreżentanza tan-nisa f’pożizzjonijiet għolja. Il-politika proattivi tal-gvern flimkien ma’ żieda fl-ammont ta’ nisa barranin li jaħdmu, ikkontribwixxew biex tiżdied ir-rata ta’ parteċipazzjoni tan-nisa minn 36 fil-mija għoxrin sena ilu għal 73 fil-mija llum. Ir-rapport qal li llum Malta qabżet il-medja tal-Unjojni Ewropea f’dik li hi parteċipazzjoni tan-nisa fid-dinja tax-xogħol. Ir-rapport jgħid li parteċipazzjoni fost dawk in-nisa li għandhom bejn 50 u 64 sena baqa’ baxx.

Qalet li l-awtoritajiet ġustament iffokaw fuq l-inċentivar tal-irtirar ittardjat għal dawk li diġà jinsabu fis-suq tax-xogħol. Malta għamlet ukoll progress sinifikanti fit-tnaqqis tad-differenzi bejn is-sessi fir-rappreżentanza tal-amministrazzjoni pubblika. Madankollu, differenzi konsiderevoli jippersistu fis-settur privat, li parzjalment jistgħu jispjegaw id-differenzi li fadal fil-pagi bejn is-sessi.

Ta’ min jgħid li fir-rapport tiegħu l-IMF ibassar li t-tkabbir ekonomiku ta’ pajjiżna se jibqa’ fost l-ogħla fl-Ewropa. Jgħid matul din is-sena, il-ġid nazzjonali se jiżdied b’4 fil-mija u mistenni jkompli fis-snin.

Mir-rapport tal-IMF jingħad li se tonqos iż-żieda fil-ħaddiema barranin f’pajjiżna u dan minħabba l-istrateġika tal-Gvern li jiffoka fuq attività ekonomika ta’ produttività għolja.

L-IMF fir-rapport tiegħu iħeġġeġ lill-Gvern biex ikompli jiżviluppa strateġija ta’ tkabbir ekonomiku li tenfasizza l-innovazzjoni, l-edukazzjoni u t-taħriġ, id-diġitalizazzjoni u l-qalba ambjentali.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport