Sea Watch qalet li t-353 persuna li jinsabu abbord il-bastiment “Sea Watch 4” se jkunu qed jiddaħħlu fil-port ta’ Palermo, fi Sqallija. Il-bastiment tal-organizzazzjoni umanitarja ngħata l-permess li jdaħħal l-immigranti fil-port wara 11-il jum ta’ stennija.
Sea Watch żiedet tgħid li l-immigranti l-ewwel se jkunu qed jiġu trasferiti fuq vapur biex joqogħdu fi kwarantina.