Saturday, December 28, 2024

“L-immigranti għandhom id-dritt li jkunu maħbubin ukoll u jgħixu ħajja dinjituża” – Il-Kap tal-Oppożizzjoni

Aqra wkoll

Bernard Grech b’messaġġ ta’ inklużjoni għal żmien il-Milied

Fil-Messaġġ tiegħu għal żmien il-Milied il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech fakkar dwar l-akbar avveniment fid-dinja li huwa t-twelid ta’ Kristu. Fakkar li dak iż-żmien is-soċjetà ma sabitx post għalih. Hawnhekk Grech staqsa kemm aħna bħala poplu qegħdin insibu spazju għal dawk l-aktar vulnerabbli u dawk l-aktar fil-bżonn, jew dawk li qed jikkontemplaw li jtemmu ħajjithom.

Grech qal li minkejja kull liġi pożittiva jew kull forma ta’ benefiċċju, hemm nies li mhumiex qegħdin ilaħħqu u għalhekk jeħtieġ li nkunu ta’ spalla għal xulxin.

Tkellem dwar dawk l-aktar emarġinati fis-soċjetà li ngħixu fiha. Fir-rigward tal-immigranti, huwa żied jgħid li anke dawn għadhom id-dritt li jkunu maħbubin u jgħixu ħajja dinjituża. 

Il-Kap tal-Oppożizzjoni temm jawgura lil dawk kollha ta’ rieda tajba u appella biex “kull wieħed u waħda minnha ngħinu lil xi persuna li tinsab waħdiha u li qatgħet qalbha li hi wkoll tista’ tirnexxi”.

Ekonomija

Sport