Hekk kif f’dawn il-jiem il-Partit Laburista qiegħed jiċċelebra l-kisbiet li saru tul dawn l-aħħar erba’ snin ta’ din illeġiżlatura, li jibnu fuq il-ħafna kisbiet oħra li saru minn dan il-Gvern mill-2013 ’il quddiem, jidher bl-aktar mod ċar l-impenn tal-Gvern illi mhux biss dak li jwiegħed, iwettqu, imma li se jibqa’ jkun ta’ sostenn għall-familji u n-negozji kollha.
Irridu għalhekk infaħħru l-isforzi ta’ dan ilGvern illi wasslu biex twettqu 82% tal-proposti tal-manifest elettorali “Malta Flimkien”, li kien ippreżentat fl-aħħar elezzjoni ġenerali – dik tal2022 – elezzjoni li fiha l-poplu ta mandat b’saħħtu
lill-Partit Laburista taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru Robert Abela.
Naturalment biex setgħet tinkiseb rata ta’ implimentazzjoni daqstant b’saħħitha, warajha kien hemm ħidma ta’ tim b’saħħtu li jara li l-proposti kemm żgħar kif ukoll oħrajn ta’ portata ikbar jibda jsir ix-xogħol fuqhom u eventwalment
jitwettqu.
Ta’ min isemmi li tul dawn l-erba’ snin, ilfamilja kompliet tingħata prijorità assoluta. Dan kien permezz ta’ miżuri u inċentivi varji. Dan seta’ jsir bis-saħħa ta’ ekonomija li baqgħet reżiljenti u kompliet tikber minn sena għal oħra. Fl-istess
waqt, Malta saret ukoll il-pajjiż bl-anqas rata ta’ qgħad fl-UE u kisbet l-aqwa rata ta’ impjiegi fl-istorja.
Wieħed ma jridx jinsa wkoll li l-prezzijiet tal-enerġija u l-fjuwils baqgħu jinżammu stabbli filwaqt li qed issir ħidma kbira f’dak li jirrigwardja l-proġetti ambjentali.
Nifhmu li dak miksub sa issa, se jkun qiegħed iservi ta’ pedament għal dak li mistennija naraw jitwettaq ukoll fiż-żmien li ġej.
Bil-Prim Ministru nnifsu jgħid li dak li nkiseb sa issa huwa l-bidu hekk kif il-Gvern mhux biss huwa garanzija li l-kisbiet tal-lum se jibqgħu tal-poplu għada u pitgħada, iżda huwa wkoll il-garanzija tal-aqwa futur li jistgħu jaspiraw għalih il-familji Maltin u Għawdxin.
Fuq kollox nistennew li x-xogħol biex jiġu mwettqa l-proposti li fadal jingħata spinta ‘l quddiem, biex b’hekk ikunu twettqu kemm jista’ jkun miżuri msemmija fil-manifest elettorali tal2022.

