Saturday, December 21, 2024

L-impjant tar-riċiklaġġ se jżid il-materjal magħżul

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Bdiet titħaddem ‘rudimentary line’ ġdida fl-impjant ta’ Sant’Antnin li mistennija żżid ir-riċiklaġġ tal-iskart li jintefa’ fil-borża l-griża.

Il-Ministru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia żar l-impjant fejn flimkien mal-Kap Eżekuttiv tal-Wasteserv Richard Bilocca, is-Segretarju Ġnerali tal-GWU Josef Bugeja u l-Kap Eżekuttiv tal-UĦM Josef Vella ingħaqdu mal-ħaddiema waqt is-separazzjoni tal-iskart.

Farrugia irrimarka li permezz ta’ dan l-iżvilupp Malta se tkun qed iżżid l-iskart riċiklat

Huwa irrimarka li dan huwa t-tieni suċċess f’daqstant ġimgħat fejn jidħol l-immaniġġjar tal-iskart wara li l-ġimgħa li għaddiet il-Wasteserv esportat 6,550 tunellata ta’ skart imħallat sabiex jiġi riċiklat. 

Farrugia semma kif dan l-iżvilupp imur id f’id mal-ikbar investiment fis-settur tal-immaniġġjar tal-iskart ta’ pajjiżna u sostna li l-proġett ECOHIVE se jinkludi numru ta’ impjanti ġodda sabiex pajjiżna jkompli jilħaq il-miri tiegħu fir-riċiklar tal-iskart.

Wasteserv se tkompli tinvesti f’makkinarju ġdid bħal ‘high-load bailers’ u faċilitajiet ġodda ta’ ħażna tal-iskart sabiex tiġi massimizzata l-kwalità tal-iskart separat u żżid il-potenzjal sabiex dan jerġa’ jiġi rriċiklat.

Fil-borża l-griża jista’ jintefa karti, plastik u metall u wara li jinġabar u jintagħżel jinbiegħ.

Ekonomija

Sport