Saturday, October 26, 2024

L-impjiegi full-time jiżdiedu b’5.2% f’April

Aqra wkoll

F’April li għadda, l-impjieg full-time żdiedu b’5.2% filwaqt li dawk li kellhom impjieg part-time bħala x-xogħol primarju tagħhom żdiedu b’6.7% meta mqabbla ma’ April 2021.

Statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika fuq informazzjoni provduta mill-Jobsplus turi li fuq perjodu ta’ sena, l-għadd ta’ ħaddiema (esklużi l-part-timers) f’April 2022 żdiedu b’4.7% biex laħħqu l-250,127 persuna. Dan kien attribwit prinċiparjament għal żieda fl-impjiegi reġistrati full-time (12,403) u tnaqqis fil-qgħad (1,285). 

L-impjiegi full-time fis-settur privat żdiedu b’12,236 persuna għal total ta’ 198,037 filwaqt li l-impjiegi full-time fis-settur pubbliku żdiedu b’167 persuna. In-numru ta’ persuni reġistrati full-time self-employed żdiedu b’815 meta mqabbel ma’ Frar tal-2021.

L-impjiegi full-time fost l-irġiel u n-nisa żdiedu b’5.1% u 5.5% rispettivament. 

L-għadd ta’ part-timers li kellhom ukoll impjieg full-time kienu jammontaw għal 37,555, li jfisser 12.9% aktar meta mqabbel ma’ April tas-sena l-oħra. 

Sport