Saturday, December 28, 2024

L-IMPORTANZA TAL-IŻVILUPP TAN-NOFSINHAR TA’ MALTA

Aqra wkoll

Kwalità ta’ ħajja li tiġi mwieżna mill-ambjent li dik is-soċjetà qed tgħix fiha, mill-infrastruttura li tħaddan u mill-aċċessibiltà u t-tgawdija tal-wirt naturali li joffri dak il-pajjiż. Ħafna sar tul dawn l-aħħar snin biex kull wieħed minna jgawdi minn kwalità ta’ ħajja aħjar. Ħafna sar biex pajjiżna tassew jindirizza il-kunċett ta’ sostenibiltà. F’dawn l-aħħar snin rajna diversi inizjattivi li żgur jistgħu jitqiesu bħala pass pożittiv lejn din id-direzzjoni t-tajba, inkluż fin-naħa t’isfel ta’ Malta li għal żmien twil kien bħal donnu intesa. 

Ta’ importanza kien ix-xogħol li sar tul dawn l-aħħar snin fil-bajjiet fin-Nofsinhar ta’ Malta. Ta’ impotanza  huwa l-pjan li nieda l-Gvern għar-riġenerazzjoni tal-villaġġ pittoresk ta’ Marsaxlokk li qiegħed ikompli jimmaterjalizza bi proġett fil-parti magħrufa bħala “Il-Magħluq” bi spiża ta’ madwar €5 miljun. Ta’ importanza kienet ir-riżoluzzjoni li permezz tagħha art verġni fiż-Żonqor tibqa’ mhux mittiefsa, art li kellha tinbena mill-AUM se tingħata lura lin-nies. Ta’ importanza kienu l-miżuri mħabbra fil-budget 2022 biex ikun hemm intensifikazzjoni ta’ interventi fuq diversi siti, fosthom dawk fejn ix-xogħol inbeda diġà bħal Magħluq ta’ Marsaskala. Ta’ importanza kienu wkoll il-miżuri mħabbra mill-gvern biex jiġi rijabilitat il-Park tal-Inwadar li jestendi min-naħa tax-Xgħajra saż-Żonqor billi jsir tħawwil ta’ għexieren ta’ eluf ta’ siġar ġodda adattati għat-tipoloġija tal-inħawi. 

Ħafna sar iżda għad baqa’ xi jsir. Hemm bżonn ta’ pjan ċar li jindirizza b’mod konkret il-problema tal-parkeġġ f’diversi żoni fin-nofsinhar ta’ Malta. Hemm bżonn ta’ aktar proġetti ta’ tisbiħ u aċċessibilità miċ-ċittadin. Hemm bżonn ta’ aktar żoni ta’ rikkreazzjoni mhux biss fis-sajf iżda anke fix-xitwa. Hemm bżonn li jkollna aktar indafa fil-lokal speċjalment li jkollna aktar għarfien, edukazzjoni u organizzazzjoni fil-ħruġ u l-ġbir tal-iskart domestiku. Hemm bżonn ukoll li ninvestu aktar fit-titjib tal-bajjiet fin-nofsinhar ta’ Malta.  

Dan l-iżvilupp fin-nofsinhar ta’ Malta huwa neċessarju jekk mhux essenzjali biex verament ħadd ma jibqa’ lura fl-iżvilupp ta’ socjetà fejn kulħadd igawdi minn kwalità ta’ ħajja aħjar. Dan l-iżvilupp fin-nofsinhar ta’ pajjiżna huwa essenzjali biex jiġi mħares parti importanti mill-wirt kulturali u naturali ta’ Malta.

Ekonomija

Sport