Friday, October 3, 2025

L-imputat kien iħallas €20 fil-ġimgħa lis-sieħba tal-vittma għal servizzi sesswali

Aqra wkoll

L-imputat waqt li kien qiegħed jiġi mitkellem mill-pulizija qal li kien ilu jaf lill-koppja. Ikkonferma magħhom ukoll li kien iħallas lis-sieħba tal-vittma €20 għal servizzi sesswali madwar darba fil-ġimgħa, filwaqt li l-vittma kien jistenna isfel.

L-akkużat qal li s-sieħba tal-vittma qatt ma ffastidjatu għall-flus, imma kien itihomla biss bħala pagament. Żied li kultant kien imur biss il-vittma u kien idejqu biex itih il-flus. Ikkonferma wkoll li jaf bis-serqa tagħhom f’daru, u kien jaf li kienu l-ħabs. 

L-akkużat qal li minn mindu ħarġu mill-ħabs, li ma jiftakarx eżatt meta, kien reġa’ beda jiffastidjah għall-flus. L-akkużat ikkonferma wkoll li l-vittma, Kyle Mifsud, qatt ma weġġgħu jew heddu, la bil-kliem u lanqas bl-armi. Mangion qal li kien irritat b’dak li kien qed jiġri. Kompla jgħid li fuq dan il-fastidju, kien mar għassa, li ma jiftakarx jekk hiex ta’ Bormla jew ta’ Ħaż-Żabbar biex ifittex l-għajnuna. L-Ispettur ikkonferma li kien mar darbtejn l-Għassa ta’ Ħaż-Żabbar u darba ta’ Bormla u li l-investigazzjonijiet dwar dan għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport