Sunday, December 22, 2024

L-imputat pożittiv għall-Covid-19… Il-kawża differita

Aqra wkoll

Il-Qorti ġiet infurmata li l-imputat jinsab pożittiv għall-Covid-19. Il-Qortu ġiet ippreżentata b’ċertifikat mediku u l-kawża ġiet differita għas-6 ta’ Mejju fid-9.15 a.m.

9:00 a.m :Il-kumpilazzjoni fil-konfront ta’ Elliot Paul Busuttil, li qed jiġi mixli bil-qtil ta’ Mario Farrugia, mistenni li tibda dagħlodu quddiem il-Maġistrat Astrid May Grima.

Busuttil ta’ 38 sena jinsab mixli wkoll li ħeba l-katavru, li kellu sikkina mingħajr liċenzja, li naqas milli josserva l-kundizzjonijiet imposti fuqu mill-Qorti li bihom ingħata l-ħelsien mill-arrest u li sar reċediv.

Huwa qed iwieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontra tiegħu. Busuttil kien wieħed minn erba’ persuni li kienu arrestati fit-13 ta’ April li għadda, suspettati bl-involviment tagħhom fl-omiċidju ta’ Farrugia.

Il-prosekuzzjoni fil-każ kontra Busuttil qiegħda titmexxa mill-Avukati George Camilleri, Kaylie Bonnet u Maria Schembri mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali megħjuna mill-Ispetturi Kurt Zahra, Wayne Camilleri u Jean-Paul Attard.

L-Avukati Edward Gatt u Ishmael Psaila qed jidhru għal Busuttil. L-Avukati Keith Borg, Jacob Magri u Arthur Azzopardi qed jidhru parte civile għall-familjari tal-vittma.

Ekonomija

Sport