Madwar 70,000 resident se jkunu mingħajr ilma għal 10 sigħat nhar is-Sibt fl-Imsida, f’Birkirkara, fil-Gżira u f’San Ġwann.
Il-Korporazzjoni tas-Servizzi tal-Ilma ħabbret li l-provvista tal-ilma se tinqata’ bejn l-10:00 a.m u t-8:00 p.m., minħabba xogħlijiet infrastrutturali
Il-korporazzjoni skużat ruħha għal kwalunkwe inkonvenjent ikkawżat u ssuġġeriet li r-residenti jistgħu “jibqgħu aġġornati” permezz tal-paġna ta’ Facebook tagħha.
Il-WSC qalet li ntbagħat messaġġ lil kull min irreġistra għas-servizz fil-lokalitajiet imsemmija.
Jekk wieħed jixtieq jibda jirċievi dan is-servizz bla ħlas kemm tirreġistra hawn – https://live.wsc.com.mt/PublicWeb/home/alerts

