Saturday, December 21, 2024

L-imwiet bil-Covid x’aktarx tliet darbiet aktar minn dawk resġistrati

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Ir-riċerkaturi qegħdin jgħidu li l-imwiet bil-Covid-19 madwar id-dinja huma aktar minn 18-il miljun. Dan ifisser li din iċ-ċifra hija tliet darbiet aktar minn dik skont l-imwiet reġistrati b’mod uffiċjali.

Dan ir-rapport ġie ppubblikat sentejn wara l-ewwel jum li fih l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa ddikjarat il-bidu tal-pandemija.

Din ir-riċerka saret minn Washington University u l-istudju kien mifrux fuq 191 pajjiż u territorju u li minnhom seta’ jinħareġ dan il-kampjun li qiegħed jitqies bħala il-figura vera ta’ mwiet fuq livell globali.

Xi mwiet kienu bil-virus, filwaqt li oħrajn kienu relatati ma infezzjonijiet minħabba li ladarba jaqbdek il-virus jista’ jaffettwalek kundizzjonijiet mediċi oħra tal-passat u tmur lura fihom. 

Ekonomija

Sport