Thursday, December 26, 2024

L-imwiet fl-Istati Uniti jaqbżu l-75,000

Aqra wkoll

Jiem biss wara li Trump qal li l-imwiet jistgħu jlaħħqu d-90,000 persuna

L-imwiet fl-Istati Uniti kaġun tal-pandemija tal-Covid-19 issa qabeż il-75,000 persuna. Dan skont l-istatistika li kienet ippubblikata lbieraħ mill-Università John Hopkins.

Sal-lum il-każi ta’ mwiet jammontaw għal 76,938 bi kważi 1.3 miljun persuna tiġi infettata mill-virus.

Ir-rata ta’ mwiet u tal-każi fl-Istati Uniti jiżbqu bil-bosta dawk tal-pajjiżi l-aktar milqutin fl-Ewropa, bir-rata ta’ mwiet fir-Renju Unit u l-Italja jammontaw għal 26,070 u 29,958 kumplessivament.

Fil-jiem li għaddew il-President Amerikan Donald Trump qal li l-imwiet kaġun tal-marda fl-Istati Uniti jafu jaqbżu l-100,000.

“Kont ngħid li l-vittmi jistgħu jammontaw għal 65,000 persuna. Issa qed ngħid li l-imwiet issa jistgħu jlaħħqu it-80,000 jew id-90,000 persuna, u r-rata qed tiżdied b’mod mgħaġġel,” qal Trump nhar il-Ħadd li għadda.

Lejn l-aħħar ta’ Marzu l-konsulenta medika għall-White House Deborah Birx kienet ippreżentat mudell dwar in-numru potenzjali ta’ mwiet fl-Istati Uniti kaġun tal-pandemija.

Skont il-previżjonijiet tagħha l-virus kien se joqtol bejn 100,000 u 240,000 persuna jekk il-linji gwida dwar is-saħħa pubblika u s-social distancing jiġu osservati.

Ekonomija

Sport