Friday, January 16, 2026

“L-inċident li kelli waqqafli ħajti, iżda mhux il-ħolm tiegħi”

Aqra wkoll

“L-inċident li kelli waqqafli ħajti, iżda mhux il-ħolm tiegħi.”

Hekk stqarret Caterina, tfajla ta’ 23 sena meta kienet qiegħda titkellem mal-midja Taljana. Hija ttajret minn mutur ftit tal-ġimgħat ilu waqt li kienet qiegħda taqsam it-triq flimkien mal-għarus tagħha f’Monterotondo, villaġġ li jinsab qrib Ruma.

Konsegwenza ta’ dan l-inċident hija spiċċat fuq siġġu tar-roti, u wara li ġiet f’sensija l-isptar beżgħet li mhux se tkun tista’ tigradwa… iżda minkejja li tinsab l-isptar u fuq siġġu tar-roti xorta waħda rnexxielha tigradwa.

Caterina tgħid li “dan hu bidu ġdid f’ħajti… irrid ngħix tal-inqas għal issa fuq is-siġġu tar-roti… iżda l-ħolm tiegħi mhux se jintemm.”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport