Friday, December 27, 2024

L-Indja bl-akbar żieda ta’ każi ġodda f’jum wieħed; Il-qilla tal-ewwel mewġa ta’ infezzjonijiet mistennija għal Lulju

Aqra wkoll

L-Indja rreġistrat l-ikbar f’żieda ta’ każi ġodda ta’ persuni infettati bil-Covid-19 f’ġurnata waħda wara li fl-24 siegħa li għaddew instabu 7,964 każ pożittiv għall-virus. Madankollu esperti tas-saħħa qed jisħqu li n-numru ta’ każi żdiedu minħabba żieda esponenzjali fit-testing.

Matul din l-aħħar ġimgħa l-Indja kienet qed tieħu mal-100,000 kampjun kuljum, bit-testing ikopri firxa aktar wiesgħa ta’ nies biex anke jkopri dawk li ma jkollhomx sintomi tal-virus.

Madankollu minkejja dan, it-testing fl-Indja għadu wieħed mill-aktar baxxi fuq livell dinji ras għal ras, bi ftit aktar minn 2,000 test għal kull miljun persuna.

Minkejja kollox l-esperti mediċi qed jisħqu li s-sitwazzjoni hija waħda pożittiva, speċjalment bir-rata relattivament baxxa ta’ mortalità kaġun tal-virus, u numru għoli ta’ persuni li qed jirkupraw minnu.

Madankollu huma qed jesprimu t-tħassib tagħhom li jekk ir-rata tal-infezzjoni tkompli tikber, allura s-sistema tas-saħħa fi bliet bħal Mumbai u Delhi taf tikkollassa.

L-esperti qed jindikaw li l-qilla tal-ewwel mewġa tal-infezzjonijiet mistennija li tintlaħaq fix-xahar ta’ Lulju.

Ekonomija

Sport