Monday, December 23, 2024

L-Indja se tniedi verżjoni diġitali tar-Rupee

Aqra wkoll

L-era diġitali sa ftit snin ilu kienet meqjusa bħala xi ħaġa tal-fantaxjenza. Issa li t-teknoloġija avvanzat sew u b’rata ferm mgħaġġla kollox sar kważi possibbli anki ħolqien ta’ muniti virtwali. Issa kien imiss lill-Indja li ħabbret li l-pajjiż se jniedi verżjoni diġitali tar-rupee sa minn din is-sena.

Fid-diskors annwali tagħha dwar il-baġit, il-Ministru tal-Finanzi Nirmala Sitharaman iddeskriviet ukoll pjanijiet għal taxxa ta’ 30% fuq id-dħul mill-assi diġitali.

Dan ipoġġi l-profitti mill-kummerċ jew it-trasferiment ta’ muniti-kripto u tokens mhux fl-ogħla faxxa tat-taxxa tal-pajjiż.

L-Indja hija l-aħħar ekonomija ewlenija li ħabbret munita virtwali uffiċjali, hekk kif iċ-Ċina qed tipprova l-wan diġitali.

Skont il-Ministru Sitharaman, l-introduzzjoni ta’ munita diġitali tal-bank ċentrali se tagħti spinta kbira lill-ekonomija diġitali.  

“Il-munita diġitali se twassal ukoll għal sistema ta’ ġestjoni tal-munita aktar effiċjenti u orħos,” żiedet tgħid.

Is-Sinjura Sitharaman qalet ukoll li l-kobor u l-frekwenza tat-tranżazzjonijiet tal-assi diġitali “għamluha imperattiva li jiġi previst reġim tat-taxxa speċifiku”, fejn il-profitti mit-tranżazzjonijiet jiġu ntaxxati.

It-taxxa tapplika wkoll għal rigali ta’ assi diġitali, fejn ir-riċevituri jkunu responsabbli li jħallsu l-imposta. It-taxxi għat-tranżazzjonijiet l-oħra kollha jitnaqqsu minn ras il-għajn.

It-tħabbira saret hekk kif is-Sinjura Sitharaman żvelat il-baġit annwali tal-gvern federali Indjan.

Dan kien jinkludi ż-żieda fl-infiq fuq l-infrastruttura u garanziji ta’ kreditu estiżi għal negozji żgħar li qed jitħabtu.

L-Indja, li hi t-tielet l-akbar ekonomija tal-Asja ntlaqtet ħażin ħafna mill-pandemija b’telf kbir ta’ impjiegi u żieda fl-inflazzjoni.

Ekonomija

Sport