Friday, November 22, 2024

L-Indja tapprova l-użu tal-vaċċin ta’ AstraZeneca u ta’ vaċċin ieħor lokali

Aqra wkoll

L-Indja awtorizzat l-użu għal emerġenza ta’ żewġ vaċċini kontra l-Covid-19 li ġew żviluppati minn AstraZeneca u l-Università ta’ Oxford, u minn kumpanija lokali tal-farmaċewtika Bharat Biotech.

F’konferenza tal-aħbarijiet li żvolġiet illum il-Kontrollur Ġenerali tar-regolatur nazzjonali għall-mediċini, Dr Venugopal G Somani, qal li ż-żewġ vaċċini se jkunu jirrikjedu żewġ dożi.

Il-Prim Ministru Narendra Modi fi tweet qal li l-approvazzjonijiet tal-vaċċini huma kruċjali fil-ġlieda kontra l-Covid-19.

L-approvazzjoni mistennija li tniedi waħda mill-akbar programmi ta’ tilqim fid-dinja, bil-popolazzjoni tal-Indja taqbeż il-1.3 biljun persuna.

Il-pjan ta’ tilqim inizjali għandu l-għan li jlaqqam lil 300 miljun persuna – ħaddiema fis-settur mediku, frontliners fosthom pulizija, u nies vulnerabbli – sa Awwissu tal-2021.

L-Indja hija t-tieni l-aktar pajjiż milqut mill-virus wara l-Istati Uniti, b’aktar minn 10.3 miljun każ konfermat u l-imwiet kważi jilħqu l-150,000.

Sport