Saturday, November 23, 2024

L-Indja tirreġistra kważi 80,000 każ f’ġurnata… Il-każi globali tal-Covid-19 jaqbżu l-25 miljun

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Skont statistika miġbura mill-aġenzija tal-aħba- rijiet Reuters, il-każijiet globali ta’ Covid-19 issa qabżu l-25 miljun u dan hekk kif l-Indja kellha rekord dinji fin-numru ta’ każijiet ġoddacrrapportati f’ġurnata waħda. L-informazzjoni miġbura turi li r-rata ta’ infezzjonijiet b’mod globali żdiedet u dan hekk kif issa l-epiċentu tal-pandemija reġa’ nbidel, bl-Indja tiżboq lill-Istati Uniti u l-Amerika Latina.

Matul il-ġurnata tal-bieraħ l-Indja rrapporat 78,761 każ ġdid ta’ Covid-19. Dan hu l-ikbar ammont ta’ infezzjonijiet ġodda qatt irreġistrat f’ġurnata waħda. Qabel l-Istati Uniti kellha r-rekord tal-iktar infezzjonijiet irrapportati f’ġurnata waħda, dak ta’ 77,299. Dan kien irreġistrat f’nofs Lulju li għadda. 

In-numri dejjem jiżdiedu ta’ każijiet wasslu biex issa t-total ta’ każijiet b’mod globali huwa ta’ 25,074,751. Dawn in-numri huma turija li hemm minn tal-inqas ħames darbiet iktar każijiet minn dawk ta’ influwenza severa li s-soltu jiġu rrapportati ta’ kull sena. Madwar id-dinja s’issa kien hemm 840,000 mewt, liema numru mistenni li jkompli jiżdied meta wieħed jieħu inkonsiderazzjoni l-ġimagħtejn ta’ perjodu ta’ inkubazzjoni tal-virus. B’hekk issa n-numru ta’ mwiet qabeż sew il-medja ta’ persuni li ta’ kull sena jitilfu ħajjithom kawża tal-influwenza. Dan hekk kif bl-influwenza ta’ kull sena jmutu bejn 290,000 u 650,000 persuna. 

L-Indja, li huwa t-tieni l-iktar pajjiż popolat fid-dinja, s’issa għandu inqas każijiet minn dawk irrapportati fl-Istati Uniti u l-Brażil iżda mis-7 ta’ Awwissu ’l hawn in-numru ta’ każijiet irrapportati ta’ kuljum qegħdin jiżbqu lil dawk taż-żewġ pajjiżi msemmija iktar kmieni. 

Sport