L-infezzjonijiet fl-Indja kaġun tal-Covid-19 telgħu għal 6.76 miljun persuna. Dan hekk kif matul dawn l-aħħar 24 siegħa n-numru ta’ każi ġodda tela’ b’aktar minn 72,000 każ ieħor. Il-Ministeru għas-Saħħa qal ukoll li matul dawn l-aħħar 24 siegħa kienu reġistrati wkoll 986 persuna li mietu kaġun tal-virus, biex issa n-numru kumplessiv tal-imwiet jammonta għal 104,555.
In-numru tal-imwiet fl-Indja nhar is-Sibt li għadda qabeż il-100,000 persuna, biex issa saret it-tielet pajjiż fid-dinja li laħqet din iċ-ċifra wara l-Istati Uniti u l-Brażil. Intant il-pandemija fil-pajjiż mhix qed turi indikazzjonijiet li qed ittaffi.
Il-ġimgħa li għaddiet l-Indja kompliet tneħħi restrizzjonijiet li kienu ġew imposti bil-għan li tiġi kkontrollata l-imxija tal-Covid-19, bi skejjel u swali taċ-ċinema jerġgħu jitħallew jiftħu mill-ġdid.