Saturday, December 21, 2024

L-inflazzjoni fl-UE telgħet għal 6.2%… Malta u Franza bl-inqas rata ta’ għoli tal-ħajja

Aqra wkoll

Ir-rata ta’ inflazzjoni annwali taż-żona tal-ewro żdiedet b’0.8% għal  5.9% fi Frar 2022. Sena ilu, ir-rata kienet 0.9%. Fuq skala ikbar, ir-rata tal-inflazzjoni annwali tal-Unjoni Ewropea kienet ta’ 6.2% fix-xahar li għadda li għoliet minn 5.6% f’Jannar. Sena qabel, ir-rata kienet 1.3%. 

Dawn iċ-ċifri huma ppubblikati mill-Eurostat, l-uffiċċju tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea.

L-inqas rati tal-inflazzjoni annwali kienu rreġistrati f’Malta u Franza (it-tnejn 4.2%), il-Portugall, il-Finlandja u l-Isvezja (4.4%). L-ogħla rati annwali ġew irreġistrati fil-Litwanja (14.0%), l-Estonja (11.6%) u r-Repubblika Ċeka (10.0%). Meta mqabbla ma’ Jannar, l-inflazzjoni annwali waqgħet f’żewġ Stati Membri u żdiedet f’ħamsa u għoxrin.

Fi Frar, l-ogħla kontribuzzjoni għar-rata annwali tal-inflazzjoni taż-żona tal-ewro ġiet mill-enerġija (+3.12%), segwita mis-servizzi (+1.04%), ikel, alkoħol u tabakk (+0.90%) u oġġetti industrijali mhux tal-enerġija. (+0.81%).

Ekonomija

Sport