Fix-xahar ta’ Settembru 2024, ir-rata annwali tal-inflazzjoni kif imkejla mill-Indiċi tal-Prezzijiet bl-Imnut (RPI) kienet taʼ 1.2 fil-mija, tnaqqis mir-rata taʼ 1.5 fil-mija rreġistrata fʼAwwissu 2024.
FʼSettembru 2024, l-akbar kontribuzzjoni pożittiva għall-inflazzjoni annwali ġiet mill-Indiċi tal-Ikel (+0.45 punti perċentwali), l-aktar minħabba prezzijiet ogħla tas-servizzi tar-ristoranti. It-tieni u t-tielet l-akbar kontribuzzjonijiet kienu nnotati fl-Indiċi taʼ Prodotti u servizzi oħra (+0.32 punti perċentwali) u fl-Indiċi tal-Kura personali u s-saħħa (+0.30 punti perċentwali), l-aktar minħabba prezzijiet ogħla tal-assigurazzjonijiet u tal-prodotti tal-iġjene personali, rispettivament.
Il-kontribuzzjonijiet negattivi għall-inflazzjoni annwali kienu rreġistrati fit-Trasport u l-komunikazzjoni (-0.12 punti perċentwali), fl-Indiċi tal-Għamara u t-tagħmir tad-dar (-0.05 punti perċentwali) u fl-Indiċi tal-Ħwejjeġ u ż-żraben (-0.03 punti perċentwali), l-aktar minħabba prezzijiet inqas tas-servizzi tal-mowbajl, apparat domestiku u ħwejjeġ, rispettivament.
FʼSettembru 2024, l-Indiċi tal-Prodotti u servizzi oħra rreġistra l-ogħla rata annwali taʼ inflazzjoni bʼ4.4 fil-mija, li minnha l-Ġojjelli, arloġġi tal-idejn u oġġetti oħra rreġistraw rata annwali taʼ 7.6 fil-mija, il-Prodotti li jintużaw għall-ħasil u t-tisjir irreġistraw rata annwali taʼ 5.4 fil-mija, is-Servizzi veterinarji (inkluż ikel għall-annimali domestiċi) u servizzi domestiċi rreġistraw rata annwali taʼ 0.5 fil-mija, filwaqt li l-Assigurazzjonijiet, servizzi finanzjarji u servizzi oħra rreġistraw rata annwali taʼ 4.7 fil-mija.
L-Indiċi tal-Għamara u t-tagħmir tad-dar irreġistra l-aktar rata baxxa taʼ inflazzjoni annwali bi -0.8 fil-mija, li minnha l-Għamara u t-tagħmir tad-dar rreġistraw rata annwali taʼ 0.9 fil-mija, it-Twapet u t-tessuti għad-dar rreġistraw rata annwali taʼ 1.9 fil-mija u l-Apparat u l-għodda domestiċi rreġistraw rata annwali taʼ -3.9 fil-mija.