Friday, December 27, 2024

L-inflazzjoni tkompli tispara ‘l fuq fiż-żona tal-ewro

Aqra wkoll

L-inflazzjoni annwali fiż-Żona tal-Ewro hija mistennija li tkun qabżet sew l-10% f’Ottubru minn 9.9% f’Settembru 2022 skont stimi mill-Eurostat, l-uffiċċju tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea.

Ħarsa lejn il-komponenti ewlenin tal-inflazzjoni taż-Żona tal-Ewro, turi li l-enerġija hija mistennija li jkollha l-ogħla rata annwali ta’ inflazzjoni f’Ottubru, b’41.9%, meta mqabbla ma’ 40.7% li kienu reġistrati fix-xahar ta’ qabel.  Isegwu hemm il-prodotti tal-ikel, l-alkoħol u t-tabakk li minn 11.8% f’Settembru il-prezzijiet ta’ dawn il-prodotti telgħu għal 13.1 %, f’Ottubru 2022.

L-inflazzjoni annwali hija l-bidla fil-livell tal-prezz tal-prodotti u s-servizzi tal-konsumatur bejn ix-xahar kurrenti u l-istess xahar tas-sena preċedenti, filwaqt li. l-inflazzjoni ta’ kull xahar hija l-bidla fil-livell tal-prezz bejn ix-xahar kurrenti u x-xahar ta’ qabel.

Ekonomija

Sport